jesusandmary

 IL-GUDIZZJU

 

IL-GUDIZZJU PARTIKOLARI

Il-Gudizzju partikolari hija verita’ rivelata. Infatti l-Appostlu Pawlu lil Lhud jiktbilhom li huwa stabbilit li l-bnedmin kollha jmutu darba wahda biss u wara dan jigi l-gudizzju.

Il-Katekizmu ta’ San Piju X (Katekizmu forma ta’ Domanda u Risposta) ghall-mistoqsija numru 97 jwiegeb li hemm zewg gudizzji: wiehed partikolari, jigifieri kull ruh tigi ggudikata ghaliha wahedha, ezattament wara l-mewt; u l-iehor universali, ghall-bnedmin kollha flimkien fl-ahhar tad-dinja.

Fil-Katekizmu tal-Knisja Kattolika (edizzjoni qasira fil-forma Mistoqsija u Twegiba) nsibu hekk:

208. X’inhu l-ġudizzju partikolari?

Huwa l-ġudizzju li bih, kull bniedem, ma’ mewtu, jirċievi mingħand Alla fir-ruħ tiegħu li ma tmut qatt il-ħlas li jistħoqqlu skond għemilu u twemminu. Dan il-ħlas jikkonsisti fid-dħul fil-hena, minnufih jew wara purifikazzjoni xierqa, jew dannazzjoni minnufih għal dejjem fl-infern.

Il-gudizzju partikolari juri b’estezza, minghajr ebda zball jew xi forma ta’ preferenza, l-kondizzjoni  li l-bniedem isib ruhu quddiem Alla fil-mument ta’ mewtu: kundizzjoni ta’ imhabba  jekk miet fil-grazzja ta’ Alla jew kundizzjoni ta’ mibgheda jekk miet fl-istat tad-dnub il-mejjet.

Il-gudizzju partikolari ma jitbiddilx ghaliex il-bniedem wara l-mewt ma jista’ jibdel l-orjentament tal-volonta’ tieghu kemm lejn it-tajjeb kif ukoll lejn il-hazin.

 Il-Papa Pawlu VI fil-professjoni tal-Fidi jafferma li dawk li jkunu kkoperaw ma’ l-Imhabba u l-Hniena ta’ Alla jsalvaw u jmorru fin-nar li ma jintefiex (l-infern) dawk li sa l-ahhar nifs ta’ hajjithom ikunu opponew u rrifjutaw kull grazzja minghand Alla.

Ghalhekk is-salvazzjoni jew telfien etern ta’ kull wiehed minna jiddependi mill-gudizzju partikolari tieghu li fuqu l-Koncilju Vatikan it-Tieni jghallem hekk:  La darba ahna ma nafux la s-siegha u anqas il-jum ta’ mewtna jehtieg, kif iwissina l-Mulej, li nghassu bil-ghaqal sakemm naslu fi tmiem hajjitna hawn fuq l-art u hekk ikun jisthoqqilna li nidhlu fil-festa tas-sema eterna u nkunu milqugha fost il-qaddisin u l-beati u mhux jigri li s-sehem taghna ikun bhal ta’ l-ghazzenin u qaddejja kattivi li sehemhom ikun in-nirien ta’ dejjem, fejn ikun hemm il-biki u theziz tas-snien.

IL-GUDIZZJU UNIVERSALI

Il-Gudizzju Universali li jgir fl-ahhar tad-dinja ma jirrigwardax il-bniedem wahdu li jkun diga ggudikat bil-gudizzju partikolari, imma jirrigwardja l-umanita shiha sabiex tigi manifestata t-Tjubija Nfinta, il-Hniena u l-Gustizzja ta’ Alla.

Il-Gudizzju Universali hija verita’ rivelata minn Gesu’ Kristu li fuqu tkellem diversi drabi b’mod car.

Fil-Vangelu ta’ San Mattew: [24:29] "Minnufih, wara d-diqa ta' dawk il-jiem, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tieg]u, il kwiekeb jaqgħu mis-sema u l-qawwiet tas-sema jithe\h\u[24:30] Mbagħad jidher fis-sema s-sinjal ta' Bin il-bniedem, il-popli kollha ta' l-art jibdew jagħtu fuq sidirhom, u jaraw lil Bin il-bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b'qawwa u glorja kbira.[24:31] U hu jibgħat l-anġli tiegħu, li b'leħen qawwi ta' tromba jiġbru l-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf sa tarf tas-sema.

Il-kliem tal-parabbola tal-qamh u s-sikrana  huwa car hafna u ma jhallix dubju.

Il-parabbola tas-sikrana

[13:24] Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara' żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu.[13:25] Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara' s-sikrana qalb il-qamħ u telaq.[13:26] Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana.[13:27] Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, 'Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?'[13:28] Iżda hu qalilhom, 'Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.' 'Tridx immorru niġbruha?' qalulu l-qaddejja.[13:29] 'Le,' qalilhom, 'għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll.[13:30] Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: 'Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, mbagħad qiegħdu  l-qamħ fil-maħżen tiegħi!’.

X’ried ifisser Gesu’ b’din il-parabbola?  Jghidilna Hu stess:

[13:36] Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: "Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa." [13:37] U weġibhom: "Dak li jiżra' ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. [13:38] L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, [13:39] u l-għadu li żeragħha huwa x-xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli. [13:40] Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja. [13:41] Bin il-bniedem jibgħat l-anġli tiegħu, u huma jiġbru barra mis-Saltna tiegħu kull ma jġib it-tfixkil u kull min jagħmel il-ħażen, [13:42] u jixħethom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien. [13:43] Mbagħad il-ġusti jsiru jiddu bħax-xemx fis-Saltna ta' Missierhom. Min għandu widnejn, ħa jisma'!

 Seta’ Gesu’ jghidilna aktar car minn hekk dwar ir-realta ta’Gudizzju Universali?

L-iskop tal-Gudizzju Universali

Jghidilna l-Katekizmu, li l-Gudizzju Universali ser isir ghall-glorja ta’ Alla u ta’ Ibnu Gesu’ Kristu, ghall-glorja tal-maghzula u ghall-misthija u konfuzjoni tal-hziena.

Ghall-Glorja ta’ Alla – Kien hemm u hemm bnedmin arroganti, suppervi u ribelli li ikkritikaw u jikkrtitikaw il-kondotta ta’ Alla ghall-mod kif imexxi id-dinja.  Il-fatt li spiss il-hziena jkollhom success u jipprosperaw filwaqt li t-tajbin isofru fl-umiljazzjoni jaghti skop il-hafna biex jishtu il-Providenza Divina.  Bil-Gudizzju universali Alla jgharraf lil kulhadd l-Gherf tieghu Infinit, il-Gustizzja tieghu, il-Hniena tieghu u l-Imhabba tieghu ghall-mod kif mexxa’ kollox ghar-rieda tajba tieghu .

Ghall-glorja ta’ Gesu’ Kristu – Huwa, l-Iben ta’ Alla sar bniedem ghas-salvazzjoni taghna.  Kemm sofra fil-hajja tieghu hawn fid-dinja, mill-mument meta fetah ghajnejh ghal ewwel darba fil-grotta ta’ Betlem sa’ fuq il-Kalvarju fejn sofra tbatija immaginabbli, riservata ghal iskjavi.  Kemm sofra insulti, tghajjir u dagha mill-ghedewwa tieghu matul iz-zminijiet.  Fil-Gudizzju Universali huwa jigi bil-maesta’ kollha tieghu u l-kobor li bih hu mzejjen biex ihawwad l-ghedewwa tieghu u juri l-innocenza tieghu, il-gustizzja tieghu, il-qdusija tieghu u d-divinita’ tieghu lil umanita kollha…. U fuq kollox  jimmanifesta ruhu bhala l-Imhallef suprem.

Ghall-glorja tat-tajbin – Hemm hafna erwieh, il-maghzula ta’ Alla jghixu fis-satra, imma hadd ma jaf bihom, spiss ippersegwitati,  imwaqqa’ ghaz-zufjett u kkalunjati.  Il-Gudizzju Universali juri lil kulhadd il-kobor u l-virtu tat-tajbin u jaghtihom lura l-unur li serqulhom il-hziena ingustament. Quddiem kulhadd titrionfa l-hajja virtuza taghhom.

Ghall-misthija u l-konfuzzjoni tal-hziena -  Kemm nies hziena jezistu fid-dinja li l-azzjonijiet hziena taghhom huma mohbija u jghaddu ta’ nies ta’ rispett quddiem l-ohrajn ! Kemm mid-dinja dawn in-nies isejhulhom kbar, huma rispettati, stamti u applawditi ghaliex il-hazen taghhom hu mohbi taht –ipokrezija ! Kemm skandaluzi huma imfahhra mid-dinja imma sadanittant kaxkru hafna nies lejn it-tajn ta’ hajja hazina! Il-Gudizzju Universali jikxfilhom il-maskra tal-hazen kollu taghhom u juri il-faccjolizmu li bih kienu jghixu fost huthom il-bnedmin.

 

Make a free website with Yola