jesusandmary

IS-SALIB TA' KULJUM

 

Il-Mulej jistedinna biex naccettaw is-slaleb ta’ kuljum bhalma ghamel hu u nabbandunaw is-suppervja.

 

Kristu joffri parir lil min irid jimxi warajh.  Jerfa’ salibu u jichad lilu nnifsu jekk tassew irid ikun skular tieghu.

Mons Massimo Giusetti, isqof emeritus ta’ Biella, jaghti spejga prattika ghal din l-affermazzjoni li tidher severa hafna.

“Kristu, minkejja li hu l-Iben t’Alla, ma harabx is-salib anzi miet fuq Salib u wara qam mill-mewt. Huwa habbat wiccu ma’ l-esperjenza tat-tbatija u sofferenza u ma harabx minnhom. Jekk l-Iben t’Alla ghadda mit-triq tas-salib  ma narax l-iskop li ahna ghandna naharbu dawn l-affarijiet, ahna li nghidu li ahna skulari tieghu.” L-iskular dejjem ghandu jimxi wara l-imghallem tieghu u jimitah kemm jista’ fl-ezempju tieghu.

X’inhuwa s-salib?  Kull wiehed u wahda minna jew ghaddej minnu jew diga ghadda minnu: il-mard, id-deluzjoni, it-tradiment jew it-telfa tal-post tax-xoghol etc……  Cirkustanzi iebsa, kultant drammatici. Imma dawn il-grajjiet fid-dawl tal-fidi fi Kristu ghandhom tifsira ohra. Kristu qatt ma wieghed li min jimxi warajh sejjer ikun minghajr salib anzi ghal kuntrarju: Min irid jimxi warajja, jichad lilu niffsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.

“Dawn is-slaleb jekk nghixuhom skond il-messagg nisrani, jekk nghixuhom bl-istess hegga li ghadda minnhom Gesu’ ikollhom sens kbir f’hajjitna,” ikompli jghid Mons Giusetti.

Il-Mulej jistedinna biex anki nichdu lilna nfusna;

“anki dan il-messagg huwa wiehed importanti. Il-Mulej ma jghidx eqred lilek nnifsek, imma ichad.  Jigifieri rrinuzja ghas-suppervja  tieghek, li toggi lilek nnifsek fic-centru ta’ kollox, jew aghar li tippretendi li tiddetta inti l-agenda tieghek lill-Mulej. Il-hajja tan-nisrani hija umilta’; in-nisrani jrid jaccetta ir-rieda t’Alla minghajr arroganza. Li tichad lilek innifsek jfisser li taghraf li kollox gej minn Alla, li Alla hu l-principju ta’ kollox u li ahna nigu dejjem fit-tieni post.”

Make a free website with Yola