jesusandmary

L-ERWIEH TA-PURGATORJU......NITOLBU GHALIHOM





Santa Faustina Kowalska hija wahda mill-akbar mistici tas-seklu 20. Fil-Polonja bejn is-snin 1920 -1930 hija ghaddiet minn esperjenzi ta’ vizjonijiet soprannaturali ta’ Gesu’ u qaddisin ohra u Gesu’ ghazilha biex tkun l-appostlu li tinxtered il-kurunella tal-Hniena Divina.

Waqt wahda mill-esperjenzi mistici, hija kellha dehra tal-Purgatorju u hemm rat persuna li qatt ma kienet tistenna li tara.

“L-anglu kustodju tieghi...... ordnali biex nimxi warajh,” hija kitbet fis-sena 1926. 
 “ F’mument sibt ruh f’post kollu nar li fih kien hemm folla kbira ta’ erwieh jbatu.  Kienu qed jitolbu b’fervur kbir, imma ghalxejn, ghax ghalihom ma jistghu jaghmlu xejn. Ahna biss nistghu nkunu ta’ ghajnuna ghalihom. Il-fjammi tan-nar li  kienu jdawruhom ma messewnix. L-anglu kustodju ma hallinix ghall- waqt wiehed biss.”

“Jiena staqsejt lil dawn l-erwieh liema huwa l-akbar turment. Huma wegbuni b’vuci wahda li l-akbar turment taghhom huwa in-nuqqas tad-dehra u t-tgawdija ta’ Alla.”

Imbaghad hi rat lil xi hadd li qatt ma kienet tistenna li tara hemmhekk.” Jiena rajt lill-Vergni Marija, izzur lil erwieh tal-Purgatorju. L-erwieh isejhulha “il-Kewba tal-Bahar.” Ghalihom hija tfisser wens kbir, farag liema bhalu, Xtaqt li kieku nkompli nitkellem maghhom izda l-anglu kustodju tieghi ordnali biex nitlaq. Hrigna flimkien minn dan il-lok ta’ turmenti. Jiena smajt vuci interjuri tghidli: Il-hniena tieghi ma tridux dan, imma l-gustizzja titolbu. Minn dak inhar sirt aktar konxja minn dawn l-erwieh li qed ibatu u bdejt nghix aktar fil-qrib maghhiom bit-talb tieghi.”

Jalla din il-grajja tfakkarna li ghandna dover u responsabilita’ li nitolbu ghalihom regolarment. 

Jidwu f’widnejja dawk il-kliem li San Gorg Preca kiteb fil-Ktieb Il-Pagna tax-Xahar ghal Novembru :
Ghaziz huna henn ghalina u ahseb ghar-rasek ghax inti wkoll ghad tidhol fit-tribunal li ahna gia dhalna fih.

Make a free website with Yola