jesusandmary

 

L-ISKRITTURA FID-DAR 

 AQRA U XTARR SEWWA

 

ll-Bibbja fid-dar ghandu jkun ktieb li jkun sfuljat kuljum, u mhux xi ornament, imqieghed fuq xi xkaffa ghall-wiri. Ghalkemm il-Bibbja nkitbet hafna zmien ilu, l-messagg taghha hu attwali u dejjiemi. Il-bniedem jintemm izda kelmet il-Mulej tibqa’ ghal dejjem.

 

 Il-Bnedmin kollha huma bhall- haxix, u l-glorja kollha tal-bniedem bhan-nwar tal-haxix. Nixef il-haxix, u waqa’ n-nwar tieghu, imma kelmet il-Mulej iddum ghal dejjem. (1 Pietru 1:24-25).

 

 L-Iskrittura hija l-Kelma t’Alla Ispirata u ghalhekk hija t-Trieq u l-Verita’ u l-Hajja li twassalna ghand Alla il-Missier taghna.

 

Taghmlu sewwa, taghmlu attenzjoni ghaliha, bhal dawl jiddi f’imkien imdallam, sakemm il-jum jibda jzernaq, u l-kewkba ta’ filghodu titla’ f’qalbkom. Ghax il-profezija ma giet qatt fl-imghoddi bir-rieda tal-bniedem; imma nies qaddisa, mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu, tkellmu. (2 Pietru 1:19-21).

 

Biex titqanqal aktar u tinteressak ruhek fil-kelma t’Alla xtarr seww f’qalbek x’qal Kristu dwarha:

Hu miktub: Il-bniedem ma jghix biss bil-hobz, izda b’kull kelma li tohrog minn fomm Alla. (Mattew 4:4).

 

Tassew, tassew, nghidilkom: Min jisma’ kelmti, u jemmen f’dak li baghatni, ikollu l-hajja ta’ dejjem, u ma jigix ghall-kundanna; izda jghaddi mill-mewt ghall-hajja. (Gwanni 5:24).

 

Jiena hu d-dawl tad-dinja: min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-hajja…Jekk izzommu fil-kelma tieghi, imbaghad  tkunu tassew dixxipli tieghi; u taghrfu s-sewwa, u s-sewwa jaghmilkom hielsa…Tassew, tassew, nghidilkom: Kull min jaghmel id-dnub hu l-ilsir tad-dnub…Jekk l-Iben jaghmilkom hielsa, tkunu hielsa tassew. (Gwanni 8:12, 31-32, 34, 36).

 

Is-sema u l-art ghaddu: izda kliemi ma jghaddix. (Mark 13:31).

 

L-Iskrittura turina t-triq li timliena bi spirtu qaddis u Alla jfittex u jimla’ bil-grazzja tieghu erwieh bhal dawn.

 

Tghallimna:

 

 Direzzjoni ghall-hajja Kelmtek musbieh ghal riglejja, u dawl ghall-moghdija tieghi. (Salm 119:105).

 

Hena Henjin dawk li jisimghu l-kelma t’Alla u jharsuha! ( Luqa 11 : 28 ).

 

Safa Kif jista zaghzugh izomm triqtu safja? Billi jhares il-kelma tieghek. (Salm 119:9).

 

Tama zgura Kull haga li nkitbet minn qabel, inkitbet ghat-taghlim taghna, biex bis-sabar u l-farag ta’ l-Iskrittura jkollna t-tama. (Rumani 15:4).

 

Sliem Jien nisma’ dak li ghandu xi jghid Alla, il-Mulej: ghax hu jxandar is-sliem ghall-poplu tieghu, u ghall-fidili tieghu: izda thallihomx jergghu jaqghu fil-bluha. (Salm 85:8).

 

Mahfra Il-profeti kollha jixhdu ghal Kristu, li dawk kollha li jemmnu fih jaqilghu l-mahfra ta’ dnubiethom b’ismu. (Atti 10:43).

 

L-Imhabba t’Alla B’dan dehret l’imhabba t’Alla ghalina, ghax Alla baghat ‘l ibnu l-wahdieni fid-dinja, biex ikollna l-hajja bih. F’dan qieghda l-imhabba: mhux ghax ahna habbejna ‘l Alla, imma ghax hu habbna, u baghat ‘l Ibnu biex ikun il-mezz tal-mahfra ghal dnubietna. ( 1 Gwann 4 : 9 - 10).

 

Make a free website with Yola