jesusandmary

 

Il-Mahfra

Minghajr ebda dubju lkoll ser nhabbtu wiccna mal-mewt li tigi darba biss u meta ma nafux. Wara nidhru quddiem Alla ghall-gudizzju. Hemmhekk il-qies li Alla ser juza’ maghna hu l-istess qies li ahna nkunu wzajna mal-proxxmu taghna. Ir-rapport taghna ma’ hutna l-bnedmin irid ikun msejjes fuq ir-rapport taghna ma’ Alla. Minn hawn, ir-rakkomandazzjoni li irridu inkunu lesti dejjem u minghajr kundizzjonijiet u anqas limiti biex nahfru u naghdru.

Kemm-il darba smajna l-frazi, “Nahfer, izda ma ninsiex.” Dik ma tkun mahfra xejn, ghax tkun mahfra falza. Inkunu qeghdin nidhqu bina nfusna. Ma’ Alla ma ticcajtax ghax Alla jaf kollox u jaghraf sa l-icken hsieb tal-bniedem. Meta Alla jahfrilna ma jahfrilniex bil-mod ta’, “Nahfer iva izda ninsa’ le.” Jahfer u jinsa’ kollox qisu qatt ma gara xejn. U hekk irridu naghmlu ahna.

Isma’ l-Iskrittura twissina dwar dan l-obbligu gravi li ahna ghandna nahfru.

Bniedem bil-ghaqal idum biex jaghdab, hu gieh ghalih jaghlaq ghajnejh ghall-offiza. .

(Proverbji 19:11)

Jekk l-ghadu tieghu hu bil-guh itimghu, jekk bil-ghatx isqih .

(Proverbji 25 :21)

Imberkin dawk ta’ qalbhom hanina ghax huma jakkwistaw il-hniena . (Mattew 5:7)

Jekk intom ma tahfrux wiehed lil iehor, anqas Missierkom ma jahfrilkom in-nuqassijiet taghkom.

(Mattew 6:15)

Kunu twajba ma’ xulxin, hennu ghal xulxin, ahfru lil xulxin, bhalma Alla hafer lilkom fi Kristu.

(Efesin 4:32)

Li wiehed jahfer mhux xi haga hafifa ghax in-natura taghna trid tpatti meta tircievi xi azzjoni hazina. Izda meta tiftakar li Alla jahfer lil min jimxi bil-mahfra ma’ hutu l-bnedmin, titqanqal biex tahfer halli ssib il-mahfra minghand Alla.. Ghax hija haga kontra n-natura umana biex nahfru, ahna nehtiegu l-grazzja t’Alla li ma jirrifjutaha qatt lil min jitlobhielu.

Jekk il-Mulej jahfrilna u jaghdirna, ahna jehtieg li nkunu lesti li naghmlu l-istess. Kif tista’ tippretendi li Alla jahfrilek id-djun kbar tieghek meta inti mhux lest tahfer id-dejn zghir ta’ huk?

Make a free website with Yola