IL-MEWT
Trid tghix ta’ nisrani awtentiku u taghmel mewta tajba? Isma’ x’jghidlek l-Ekklesjastiku : “ Ibni ahseb fin-novissimi u inti ta’ tidneb qatt.”
Hafna ma jridux jahsbu fuq il-mewt imma trid jew ma tridx il-mewt tigi fuq kulhadd.
Ghaliex irridu mmutu? Alla ma halaqx il-bniedem biex imut imma halqu ghall-felicita’ u ghal hajja mmortali. Imma l-mewt dahlet minhabba l-ghira tax-xitan.
Satana, ribbelluz kontra Alla, jobghodu. Pero’ billi ma jistax jisfoga l-mibgheda tieghu kontra l-Hallieq tieghu, johodha kontra l-bniedem, il-kreatura prediletta ta’ Alla u lejn il-bniedem ghandu mibgheda l-aktar kbira ghaliex il-bniedem ghandu d-dritt li jmur u johodlu dak l-post fil-genna li kien igawdi qabel. Ghalhekk jittanta lill- bniedem biex johodha kontra Alla halli jkun jista’ jum wiehed jaghmlu skjav tieghu gewwa l-Infern wara li dan imut. Hu minhabba d-dnub li dahlet it-tbatija u l-mewt.
Wara li l-bniedem kiser il-ligi ta’ Alla, dan gie kkundannat li jrid jghaddi mit-tbatija u mill-mewt ghax il-piena tad-dnub hija s-sofferenza u l-mewt.
IL-MEWTA IT-TAJBA
