jesusandmary

 

 SANTA MARIJA TAS-SALIB.
  
 Marija Elena MacKillop twieldet gewwa Fitzroy , f'Melbourne fil-15 ta' Jannar 1842.  Giet mghammda 6 gimghat wara. Missierha, Alessandru ha l-edukazzjoni tieghu gewwa Ruma, billi xtaq isir sacerdot imma meta kellu biss 29 sena halla Ruma ftit qabel l-ordinazzjoni tieghu. Iddecida li jemigra ghall-Awstralja u wasal gewwa Sydney fuq il-Brilliant fis-sena 1838.  Ommha Flora Macdonald halliet l-Iskozja u waslet gewwa Melbourne fis-sena 1840.
 
Huma zzewgu fl-Lulju 14, tas-sena 1840 u kellhom sebghat itfal.
 
Marija bdiet tahdem ta' 14 il-sena bhala skrivana gewwa Melbourne u aktar tard bhala ghalliema gewwa Portland. Biex tghin lill-familja taghha fil-bzonn hija biddlet ix-xoghol taghha u dahlet bhala edukatrici ma' zijitha gewwa Penola.  Ir-responsabilita' taghha kienet li teduka lit-tfal taghhom u tiehu hsiebhom. Hawn hi damet sentejn qabel ma dahlet bhala ghalliema fl-iskola ta' Portland. Fejn kienet tista', kienet tghin lill-fqir u mal-kugini taghha hija kienet tistieden lil-tfal ohra inqas ixxurtjati biex tghallimhom. Father Julian Woods il-kappillan sar jaf biha minhabba dan ix-xoghol li hija kienet qed twettaq favur it-tfal emarginati.
 

Il-kappillan kien preokkupat minhabba n-nuqqas ta' taghlim partikolarment l-edukazzjoni nisranija fil-parrocca fejn kien responsabbli tieghu hu. Meta huwa waqqaf  l-iskola biex tkun ta' mezz effikaci ghat-taghlim lit-tfal, ghazel lil Marija, tas-Sorijiet ta' San Guzeppi biex tghallem fl-iskejjel tieghu.  Meta kienet qed tghallem gewwa Portland il-kappillan Woods stieden lil Marija biex flimkien ma' hutha, Annie u Lexie jigu gewwa Penola u jifthu skola kattolika.  L-iskola fethuha gewwa stalla li giet mibdula ghal post ta' taghlim minn huha u l-Mackillops bdew jghallmu aktar minn 50 tifel u tifla.

Fis-sena 1867 Marija dahlet l-ewwel soru u Superjura ta' l-ordni l-gdida tas-Sorijiet ta' San Guzepp u marru fil-kunvent gdid taghhom f'Adelaide. Dedikata kollha kemm hi ghal-edukazzjoni tat-tfal foqra kienet l-ewwel ordni religjuza li giet imwaqqfa minn Awstraljana.  Ir-regola giet miktuba minn Father Woods u Marija.  L-ordni kienet imwaqqfa fuq tlett pilastri: Poverta', tama kbira fil-Providenza t'Alla, possessjoni ta' ebda propjeta' u ubbidjenza li jmorru fejn jehtieg u jintbaghtu. Ir-regoli gew approvati mill-Isqof Sheil u sa' l-ahhar tas-sena 1867, 10 sorijiet ohra inghaqdu mall-Guzeppini.
 
F'attentat biex l-edukazzjoni tkun accessibli lill- hafna b'mod partikulari f'inhawi gol-kampanja, giet miftuha skola gewwa Yankalilla f'Ottubru 1867.  Sa tmiem is-sena 1869, aktar minn 70 soru kienu qed jedukaw lit-tfal fi 21 skola fil-kampanja u Adelaide.  Marija u s-sorijiet Guzeppini kien jaghmlu xoghol iehor ta' imhabba lejn l-orfni, tfal imwarrba u tfajliet li jkunu fil-periklu u sahansitra ix-xjuh fqar. Fethu sptar fejn dawk li kienu inkurabbli, il-Guzeppini kienu jiehdu hsiebhom.  Mhux biss izda il-kongregazzjoni tal-Guzeppini kienu estendew il-missjoni taghhom fost, il-gabilotti, il-haddiema tat-trains u dawk li jahdmu fil-minjieri. Kienu jaqsmu l-istess tbatijiet filwaqt li kienu jedukaw it-tfal taghhom.
 
Il-kongregazzjoni hadmet b'entuzjazmu kbir biex tiftah missjonijiet gewwa Brisbane u Queensland u anke go Port Augusta. Marija giet skomunikata mill-isqof Sheil ghaliex hu kien l-ewwel nett kontra hafna mill-affarijiet li ghalihom iggieldet u qaal li hegget lis-sorijiet biex jisfidaw l-awtorita u ma jobdux. Ftit qabel ma miet huwa ta' ordnijiet lil Fr Hughes biex jnehhi c-censura minn fuq Swor Marija u hafrilha aktar tard meta iltaqa' maghha go Willunga. Aktar tard kummissjoni Episkopali esonerat lil Swor Marija minn kull htija.  Fis-sena 1872 hija marret Ruma biex l-ordni taghha tkun approvata.  Meta kienet l-Ewropa hija zaret bosta skejjel biex tara l-avvanz ta' l-edukazzjoni u timplimentah go l-iskejjel taghha.
Meta rritornat lura f'Jannar tas-sena 1875, wara nuqqas ta' kwazi sentejn, gabet maghha l-approvazzjoni minn Ruma tal-Kongregazzjoni taghha, materjal ghal-iskejjel taghha, kotba ghall-libreriji, hafna sacerdoti u fuq kollox gabet 15 il-soru mill-Irlanda. Minkejja dan kollu, xi isqfijiet u sacerdoti kienu kontra taghha. Regghet giet maghzula Madre Generali tal-Guzeppini u kien ghad fadalla hafna dizappunti x'tara.
 
Ghalkemm kellha hafna tfixkil, is-socjeta' taghha kompliet tikber u mhux inqas il-hidma taghha inkluza z-zjarat lill-habsin, bis-sehem ta' bosta benefatturi.
 
L-ghazla ta' Vaughan bhala arcisqof ta' Sydney fl-1877 ghamlet il-hajja tal-Guzeppini xi ftit inqas tqila. Ghalkemm kellha min jieqaf maghha kellha ukoll min ried inehhiha minn nofs.  Wara l-mewt ta' Vaughan, l-isqof Reynolds ta' Adelaide kellu skop wiehed li jtajjar lill-Guzeppini. Jekk dan ma setghax jaghmlu ghal anqas kellu fil-hsieb li jgibhom taht il-kontroll tieghu. Kien ghalhekk li ezilja lil Marija u nehhiha minn Superjura Generali imma l-ordni taghha baqghet shiha.
 
Ghalkemm kellhom jittalbu ghal-ghexien, is-sorijiet kellhom success wara l-iehor. Ix-xoghol taghhom kien apprezata f'hafna ibliet ta' l-Awstralja u sahansitra l-Ordni stabilixxiet ruhha gewwa New Zealand.
 
Swor Marija assistit lil Madre Bernarda fit-tmexxija ta' l-ordni permezz ta' kitbiet u inkorragiment. Wara l-mewt ta' Swor Bernarada, hija regghet giet eletta unanimament bhala Madre Superjur, kariga li baqghet izzomm sa' mewtha.
 
Matul l-ahhar snin ta' hajjitha hija sofriet minn problem ta' sahha.  Ghal seba' snin shah kellha tuza s-siggu tar-roti ghaliex in-naha tal-lemin ta' gisimha kien paralizzat.. Pero' il-kelma u mohha kienu ghadhom tajbin.  Fis-sena 1905 is-sorijiet taghha kellhom kunfidenza kbira fiha u regghu mill-gdid ghazluha bhala Madre Generali. Erba' snin wara hija mietet u giet midfuna go Gore Hill Cemetry. Aktar tardfis-sena 1914, il-gisem taghha gie esumat u mehdum fil-knisja ta' Omm Alla biex jitqieghed go kapella li kienet rigal ta' Joanna Barr Smith,Presbiterjana,  habiba kbira u ammiratrici taghha.
 
Marija giet ibbeatifikata minn Papa Gwann Pawlu II fid19 ta' Jannar 1955 u kanonizata mill-Papa Benedittu XVI fis-17 ta' Ottubru 2010.  Hija maghrfua bhala Santa Marija tas-Salib.

Make a free website with Yola