jesusandmary

 SOLANGE DE JESSEY - IL-MISSJUNARJA TA' PAPUA GINUEA

 

Toulon, Franza. Jannar 8. 1932: il-vapur lest biex jerfa' l-ankri. Fuq il-gverta, Monsieur u Madame Bazin de Jessey b'qalb maqsuma jhaddnu ghal ahhar darba lil binthom Solange ta' 26 sena. Mhux ser jarawha aktar, ghaliex hija fuq s-sejha ta' Gesu' ser tmur tinghaqad mal-kongregazzjoni tas-sorijiet gewwa Papua Guinea.

 Yves u Elizabeth Bazin de Jessey kienu joqghodu gewwa Saint-Malo. Wara sentejn zwieg kienu ghadhom bla tfal. Ghodwa wahda, Yves bil-basket fuq spalltu u bastun tal-mixi telaq fuq pellegrinagg lejn Saint Anne d'Auray. Ftit xhur wara kellhom tifel u warajh gew sitt ibniet ohra. Solange kienet ir-raba bint li twieldet f'Hamis ix-Xirka, f'April 12, tas-sena 1906. Bhala missier ta' sebat itfal Yves kien ezenti mill-lieva. Madanakollu bhala sens ta' dover lejn pajjizu huwa tat sehmu bhal kull bniedem iehor. Matul il-gwerra dinjija l-omm kellha tiehu hsieb b'sagrificcju kbir l-familja. B'xorti tajba u grazzi lil Alla Yves irritorna qawwi u shih wara l-gwerra lejn il-familja tieghu.

Fl-iskola, Solange kienet dejjem ta' l-ewwel. Meta kienu jtuha grad inqas imma tajjeb, hija kienet taghmel f'qalbha. Ta' kull sena Solange kienet tidhol irtir ghax kif kienet tghid hi: " irrid nippurifika ruhi, nkun herqana li naghmel it-tajjeb, u nzomm lil Alla li jiena nhobb bhala Dak li jghini." Kienet issib hin biex tiddedikah lill-muzika li kienet l-ghaxqa taghha.

Fid-dar hutha l-kbar kienu jirrispettawha u hutha izghar minnha kienu jammirawha. Meta kien jinqala xi disgwid fid-dar, kienu jitolbuha tindahal biex iggib il-paci. Solange kienet thobb hafna il-kampanja ta' Montmarin fejn kienet tiggerra wara x-xhur ta' studju. Il-genituri taghha kienu jhegguha biex tokkupa ruhha f'tant attivita' bhala ciklizmu, ghawm, u tennis basta ma toqghodx tixxemmex bhalma kienet diehla id-drawwa f'dawk iz-zminijiet.

Fis-sena 1911 il-familja taghha kellha zjara mill-kugin ta' missierha l-isqof Alain de Boismenu, missjunarju fi New Guinea, fejn b'intensita' appostolika huwa xejjen il-paganezmu ta' din l-art. Hija kitbet li l-pjaciri tad-dinja li minnhom daqet xi ftit hallewha il-morr u ghalhekk id-dinja ma kienitx lok ta' sigurta'.

Wara li spiccat l-edukazzjoni taghha hija marret flimkien ma' ohtha biex tippratika l-lingwa Ingliza go skola mmexxija mill-Benedittini fuq il-gzira ta' Wight. Kien hawn li hasset il-vokazzjoni li tinghata fis-servizz ta' Alla. Ghalkemm meta rritornat lura f'darha kienet tiehu sehem f'attivita' mundani, kienet thoss li dawn ma kienux qed jissodisfawha. F'qalbha kienu qed ihalluha vojt kbir.

Fis-sena 1926 Piju XI ta mbuttatura appostolika lill-missjonijiet madwar id-dinja permezz ta' l-Enciclika tieghu Rerum Ecclesiæ. Il-hajra ghall-missjoni kien l-idejal ta' Solange. Forsi zijuha l-isqof seta' jghinha. Meta rega' gie ghall-vakanza, hija talbitu biex tidhol taghmel parti ghan-nuqqas ta' Mother Marie-Therese Noblet (1899-1930) li mietet ftit tal-jiem qabel.

 "Issa naraw," wegibha zijuha ghalkemm f'qalbu kien jaf biz-zgur li Alla sema' talbu. Heggeg lin-neputija tieghu biex ikollha l-pacenzja, titlob u tirrifletti. Din l-ahbar kienet bhal sajjetta fil-bnazzi ghall-genituri taghha, izda dawn ma fixkluhiex. Talbu l-parir ta' l-isqof ta' Parigi li staqsa lil Solange: "Ghaliex trid tmur daqshekk boghod meta hawn tant x'ghamlet fil-ghalqa tal-Mulej go Franza?"
Ghal dan wegbitu: " Jiena ma riddx nsir religjuza biex naqdi lil Franza izda biex naqdi lil Alla kull fejn iridni."

L-ezempju ta' Solange huwa ta' kuragg ghaz-zaghzagh tal-lum biex jimxu fuq il-parir ta' Benedittu XVI li fil-Gurnata taz-Zaghzagh go Sydney fil-20 ta' Lulju, 2008 qal: "Il-knisja ghandha bzonn id-doni taz-zaghzagh, iz-zaghzagh kollha. Tibzghux tghidu iva lil Gesu', li ssibu l-ferh taghkom billi taghmlu r-rieda tieghu, li taghtu lilkom nfuskom biex titqaddsu u tuzaw it-talenti taghkom ghal haddiehor."

Solange ghaddiet hafna xhur fil-kunvent centrali tal-Missjunarji Frangiskani ta' Marija thejji ruhha ghall-hajja religjuza u rnellilha tilhaq infermiera b'success wara li ghaddiet kors ta' studju taht l-awspici tas-Salib l-Ahmar. Wara sitt xhur vjagg hija waslet go Papua Guinea fit- 3 ta' Marzu 1932, flimkien ma' zijuha l-isqof. Hemm sabu jilqghuhom xi sorijiet indigeni li kellhom jaghmlu vjagg twil u jghaddu mill-jungla biex jaslu sal-port. Il-kunvent taghhom kien xi 100 kilometri ‘l boghod mill-Port Morseby fil- wied ta' Kubuna. Dan il-lokal kien nofs triq ghal dawk li kienu joqghdu fuq il-muntanji.

Solange mill-ewwel ghogbitha s-sbuhija ta' Papua u ntegrat man-nies tal-lokal. Madanakollu ma naqqsitx tinnota li dan kien post iebes biex tghix go fih minhabba il-mard u l-periklu ta' l-annimali selvaggi. In-nemus kienet l-aktar haga li ddejjaqha. Fis-sena 1932, propju f'April 4, Solange ipprofessat soru bil-voti temporanji.

Mill-ewwel tat ruhha ghax-xoghol. Ir-responsabilta' ta' 25 tifel u tifla kienu johdulha hafna mill-hin taghha u ftit kienet issib zmien ghall-mistrieh. Hija giet maghzulha biex tmexxi l- kongregazzjoni u kenet taghraf bhala responsabbilta' sagrosanta li tqawwi u tingoragixxi lil hutha s-sorijiet. Madre Solange kienet tistudja l-punti qawwija u debboli ta' hutha s-sorijiet biex taghraf tmexxihom;pero' l-akatar li kienet tishaq fuq il-kwalitajiet qawwija. Uzat il-hila tal-muzika, li tghallmet meta kienet zaghzugha biex tanima l-kant li hija kienet issejjah " talb ta' sbuhija."

Is-sorijiet ta' Kubuna kienu jilqghu lill-morda jew feruti u jiehdu hsieb ukoll tat-trabi li kienu jgibulhom l-ommijiet fil-bzonn. Il-Madre Solange kienet tghallem lis-sorijiet hutha fil-kommunita' il-prattika ta' infermerija biex meta jigu biex meta jigu l-morda u l-batuti jkunu jistghu jsibu minn idur bihom. Il-madre kienet ta' ghajnuna kbira meta ttrenjat katekisti ohra biex jghallmu mhux biss id-duttrina izda ukoll il-qari u l-kitba lil indigeni. Hafna kienu saru nsara u minn tlett centri dawn telghu ghal tnejn u tmenin. Fis-sena 1939 Madre Solange tilfet lil ommha u dan kien ta' swied il-qalb doppju ghaliha ghax meta ommha mietet hija kienet ‘l boghod minnha. Biex tikkumplika l-affarijiet il-finanzi kienu baxxi hafna minhabba t-tieni gwerra dinjija

F'Ottubru tas-sena 1940 ghoxrin sena xoghol fic-centru ta' Kubuna sfaw meqruda meta nirien kbar fil-foresta hakmu c-centru taghhom u qerdu nofsu. Solange ma damitx ma mardet bil-malarja. Ghalkemm stednuhom biex isibu kenn fl-Awstralja minhabba li l-Gappunizi kienu dehlin go Papua, huma riedu jibqghu man-nies tal-post biex ikunu ta' ghajnuna ghal dawk fil-bzonn. Solange rikbitha l-influwenza qawwija wara li ghaddiet hafna zmien ma' soru ohra marida bl-istess marda, biex tkun ta' konfort ghaliha. Hija mietet ta' 35 sena wara missjoni hekk effikaci fil-Papua Guinea.

Make a free website with Yola