jesusandmary


IT-TAMA TA' DINJA BLA TAMA

 
  Iz-zminijiet taghna jehtieg li jkunu nsejsa fuq it-tama fil-Qalb ta' Gesu'. Ma nkunux qed nesegeraw meta nghidu li l-hazen kotor fuq li kotor. Biex insemmu ftit, dawn jinkludu id-dagha, il-qerda tal-familja permezz ta' l-abort, id-divorzju, ewtanasja, il-pornografija mxerrda ma' kullimkien, moda dizonesta u stil ta' hajja xejn edifikanti, l-omosesswalita' u tant u tant hazen iehor.
 Kif jghidilna l-Papa Piju XI id-dinja ta' lum hija tant mghaddsa fil-hazen u miserja spiritwali ta' profondita' bla qies li nistghu nqisuha bhala li qieghda fi stat aghar minn dak li d-dinja kienet meta twieled il-Messija.
 Quddiem id-dehra ta' tant dnubiet ta' wahx, l-idea ta' kastig divin tfegg mill-ewwel gewwa mohhna. Meta ahna naraw din id-dinja tant midimba, tokrob taht it-toqol ta' eluf ta' krizijiet u eluf ta' problemi, imma madanakollu ma tridx taf b'indiema; meta wiehed jikkonsidra l-progress li qed jaghmel l-paganezmu li qed jinfirex madwarna b'rata allarmati, tant li wasal biex jirbah l-umanita, ahna nitbezzghu fuq il-prospetti ta' katastrofi li din il-generazzjoni ta' bnedmin qed jistiednu fuqhom infushom.
 Ir-realta' hija haga ohra, ghaliex Alla ma jabbanduna qatt lill-kreaturi tieghu. Huwa kontinwament jassistihom bil-grazzja tieghu biex huma jaghmlu ghazliet tajba. Jekk huma jaghzlu triq ohra differenti minn Tieghu, allura r-responsabilta' hija taghhom.
 Ilmah o bniedem l-istampa ta' l-akbar swied il-qalb tad-dinja kontemporaneja: fuq naha wahda civilta' immorali u mghaddsa fid-dnub u fuq in- naha l-ohra il-Kreatur qed izzomm il-kastig f'idejh.
Ma fadal xejn ghal- umanita' hlief xita' ta' nar? Hekk kif jum igerbeb wara l-iehor, il-bniedem jista' jittama ghall-futur ahjar minn dak prevista mill-Iskrittura Imqaddsa, tal-kastig ghal min irid iwebbes rasu? Jekk Alla kellu jimxi skond il-gustizzja tieghu ma hemmx dubju dwar dak li ahna nistennew. Tassew li ma konniex nistghu naslu sal-lum ghax konna nisfghu meqruda.
Madanakollu ghaliex Alla mhux biss hu gust izda wkoll hanin, il-bibien tas-salvazzjoni ghadhom miftuha berah ghalina. Poplu ta' ras iebsa jistenna minn mument ghal iehor il-qilla t'Alla. Imma HU li hu infinitament hanin ma jridx il-mewt tal-midneb izda li dan isalva. Il-grazzja tieghu tigri bla heda wara l-bnedmin kollha, tistedinhom biex jabbandunaw it-toroq hziena taghhom u jirritornaw fil-maqjel tar-Rghaj it-Tajjeb
Jekk umanita' ta' qalb iebsa biex iddur lejn Alla ghandha kull ragun biex tibza' minn kull kastig, umanita' konvertita' ghandha kull ragun tittama fil-hniena tieghu. Hekk kif Alla jara l-bniedem nissel fih l-ewwel sinjali ta' indiema, il-bniedem il-midneb isib immedjatament l-ghajnuna t'Alla ghax Alla qatt ma jabborri u jabbanduna l-bniedem fid-dnub.

L-iskrittura Mqaddsa tghidilna permezz tal-fomm tal-profeta Isaija: " Tista' omm tinsa lit-tarbija taghha...................u anke jekk tasal biex tinsa, Jirna ma ninsiekx." Isaija Kap 49 vers 19. Jigifieri anke jekk ikun il-kaz, li huwa kaz estrem hafna, Alla jibqa' jiftakar f'kull bniedem. Il-bniedem tal-lum ma jistax' iwarrab minn quddiem ghajnejh zewg kuncetti basici, dak tal-hniena divina u dak tal-gustizzja divina - il-hniena divina topra maghna hwejjeg kbar u ta' l-ghageb ghax ghall-konverzjoni tal-bniedem midneb ikun hemm ferh kbir fost l-angli tas-sema u taghmlu mill-gdid werrieta tal-genna u habib ma' Alla; dan jista jsehh biss waqt li ghadna hajjin. Il-hniena ta' Alla tispicca meta ahna mmutu - imbaghad tidhol fin-nofs il-gustizzja t'Alla ghax inkunu dhalna f'lejl li fih ma nistghux nahdmu aktar. Ma nkunux nistghu naghmlu aktar opri u nidhru quddiem Alla b'dawk l-opri biss li jkollna f'idejna.Alla hu imhabba u allura s-semplici sejha ta' l-Aktar Isem Qaddis ta' Gesu' hija ghajta ta' Imhabba. Hija l-imhabba nfinita li qanqlet fit-Tieni Persuna tat-Trinita' l-htiega li jsir bniedem. Din l-imhabba tidher fl-umiljazzjoni ta' Alla li gie ghandna bhala tarbija fqira, imwieled gewwa ghar.
 Gesu' din l-imhabba wrieha matul dawk it-tletin sena ta' hajja mohbija u mghoddija fl-umilta u f'faqar strett, u matul dawk it-tlett snin ta' evangelizzazjoni meta Bin il-Bniedem ivvjagga fil-kampanja, tul l-gholjiet, qasam widien, xmajjar u ghadajjar, zar villaggi u ibliet, mexa fid-dezert, tkellem mal-fqar u mas-sinjuri, ixerred u jippridka l-imhabba u bost drabi jahsad l-ingratitudni.
L-imhabba tieghu dehret meta Gesu' fl-ahhar cena li huwa ghamel mad-dixxipli tieghu wara li haslilhom saqajhom f'att ta' umilta l-aktar kbir - l-Iben t'Alla jaghmel xoghol ta' skjav, Huwa waqqaf l-Ewkaristija, l-ikel tar-ruh taghna li ried jaghtihulna bhala xiehda ta' imhabbtu. L-imhabba tieghu dehret meta wera lil Guda b'dak it-tradiment li kien ser jaghmel, meta b'harsa hafer lil Pietru wara li dan cahdu, meta talab lil Missier tieghu biex ma jghoddulhomx bi dnub dawk l-insulti li kien qed jaghmlulu l-kapijiet tal-Lhud. Gesu' wera imhabba kbira maghna ghax xerred sa l-inqas qatra ta' demmu ghas-salvazzjoni taghna.
Hija l-imhabba bla tarf ta' Kristu li hafret lil halliel it-tajjeb li kien qed imut fuq is-salib flimkien mieghu u seraq il-genna. U l-ahhar sinjal ta' imhabba Kristu wrieha ma' l-umanita ingrata meta tana lil ommu b'omm taghna waqt l-agunija tieghu fuq is-salib. Kull wiehed minn dawn l-eopisodji kienu studjati u mmeditati mill-ghorrief u qaddisin, riprodotti b'mod l-aktar artistiku minn nies ta' arti u ccelebrati fil-Liturgija Divina.
Meta l-Knisja tati qima lill-Qalb Imqaddsa ta' Gesu', tkun qed tfahhar l-Imhabba kbira u nfinita li l-Mulej taghna Kristu wera mal-bnedmin. Gia la darba Qalbu hija s-simbolu ta' l-Imhabba, il-Knisja tkun qed ticcelebra l-Imhabba meta tqim lil Qalb Mqaddsa Tieghu.
 Il-Qalb Mqaddsa ta' Marija
Hafna huma l-invokazzjonijiet li tuza l-Knisja b'riferenza ghal Imqaddsa Vergni Marija. U kull wahda minn dawn tenfasizza r-relazzjoni taghha mal- Mulej. Kull invokazzjoni ticcelebra jew r-rigal ta' Alla Lilha jew xi setgha jew influwenza li hija ghandha ma' Binha Gesu'.
Issa x'inhuma dawn ir-rigali ta' Alla jew mhux manifestazzjoni specjali ta' Imhabbtu Lejha? U x'inhija l-qawwa ta' l-intercessjoni taghha ma' Alla favurna jekk mhux l-aspett ta' l-imhabba specjali ta' Alla ghalina?
 Hemm invokazzjoni specjali li nixtieq infakkar. Insejhu lil Marija "Avukata tal-Midimbin". Il-Mulej Gesu' huwa l-imhallef taghna u hija kemm hija kbira l-Hniena tieghu, HUwa jibqa' l-Imhallef assolut taghna u ma jistax jonqos li hu jiggudikana ta' Alla li hu. Ma jahrablu xejn l-anqas l-icken difett taghna.
U hawn tidhol l-omm taghna Marija Ssma. Taghmilha ta' avukata u taghmel dak li avukat huwa suppost li jaghmel - jiddefendi lil akkuzat. Ma ghandniex fis-Sinjura tal-Qalb Imqaddsa avukata tal-midimbin, avukata tant setghana quddiem il-gustizzija divina li ghat-talb taghha ta' hniena favurna, Binha ma jirrifjutahiex? Fis-sema ghandna avukata li f'idejha ghandna l-imfietah ghall-Hniena Divina Infinita. Quddiemha l-umanita' midimba ghandna s-soluzzjoni. Din is-soluzzjoni tghin lill-midneb niedem biex jabbanduna d-dnub u jsalva. Hekk il-Qalb Imqaddsa ta' Gesu' u ta' Ommu Marija jirbhu l-gwerra kontra l-hazen. Din hija t-tama ghad-dinja marida.
 

 

Make a free website with Yola