
IS-SALVAZZJONI HI L-UNIKU NEGOZJU
Ahseb li jekk wiehed ma jsalvax, jintilef u jekk ma jintilifx, isalva. Din hija gustizzja ta' Alla. Titlef ruhek, ma ssalvax r
uhek, min jifhem dina d-disgrazzja hekk kbira u ma jitrieghedx quddiem il-periklu! Tmut darba biss ifisser, jekk tmut bi dnub mejjet wiehed, ma tkunx tista' tigi fid-dinja biex tindem u tqerr. Ir-rovina tieghek ta' dejjem ma jista' ikollha rimedju qatt izjed. Dan hu l-uniku u l-aqwa negozju li wiehed ghandu jaghmel fid-dinja, jigifieri li jahdem is-salvazzjoni ta' ruhu, u li jifimha tajjeb li kull xoghol, kull tbatija huwa dejjem ftit ghall-akkwist ta' dan il-pass, ta' dan il-fini. Titlef tuhek ifisser titlef kollox kif jghid Kristu fil-lok tat-turmenti. Luqa 16, 28. Kemm mietu nies. X'inhuma qeghdin jghidu issa? Xi swielhom li vvendikaw ruhhom, li serqu, li ssudifaw lis-sensi taghhom hazin u x-xewqat hziena taghhom, li ma tawx karita' li gawdew l-glorja u l-unuri tad-dinja, li kellhom hafna flus, li f'kelma wahda ghamlu li riedu biex jissodisfaw qalbhom u li ma riedux imeru lil qalbhom? Issa l-verita' eterna titkellem fuq is-salvazzjoni tar-ruh: Xjiswielu l-bniedem li jaqla d-dinja kollha u mbaghad jitlef ruhu? Luqa 9, 25
Ipproponu li bil-biza u t-treghid thabrek biex tahdem is-salvazzjoni ta' ruhek,ghalhekk ghadek mintix mehlus
dicembru 2012 .
ALLA JOBGHOD LIS-SUPPERVI
Ahseb kemm Alla jobghod is-suppervja; infatti kreaturi tant sbieh ghall-intelligenza taghhom u ghad-doni taghhom bhalma kienu l-angli, li waqghu fid-disgrazzja tieghu, huwa ghamilhom oggett ta' mibgheda eterna tieghu u tefaghhom f'lok li huwa halaq apposta biex fih inkunu mahqura minghajr ebda mistrieh u ghal dejjem. Kemm ghandu wiehed jibza' minnha s-suppervja! Hija l-bidu ta' kull deni, hija tirrezisti ghall-volonta' tal-Kreatur, li huwa l-uniku benefattur ta' kulhadd. Is-suppervja fiha ngratitudni kbira wisq, hija taghmel infelici lil kull min jiccappas biha. Is-suppervja hija kontra l-verita', ghaliex kull kreatura tiddependi minn Alla necessarjament u kull ma ghandha rcevietu minn Alla b'xejn, bla ebda mertu. Ix-xejn hija l-propjeta' ta' kull kreatura u hadd ma ghandu ragun biex jissupervja. Staqsu lil l-ikbar supperv tad-dinja jekk kienx hu li ghamel ghalih innifsu jdejh, izda s-supperv verita' bhal din ma jarahiex ghad-dlamijiet li ggib maghha s-suppervja. Isma' il-verita' eterna titkellem fuq is-suppervja: "Kull min jgholli lilu nnifsu jitnizzel." Luqa 14, 11. U jista'jkun li wiehed jibqa' jissupervja meta jaghraf li kull ma jahseb li hu ghandu huwa mqieghed fuq l-incertezzi?
Ipproponi li ma zzomm qatt hsieb ta' suppervja, jekk trid tithabbeb ma' Alla.
novembru 2012
IL-KONSEGWENZI TAL-WAQA' TAL-BNIEDEM
Ahseb fuq il-kbir ghadu ta' ruhna x-xitan li kien qattiel sa mill-bidu. Bil-malizzja tieghu huwa fehem j
irrovinana ghal dejjem. Izda Alla henn ghalina u ghamel maghna dak li qatt ma kien jobsor ix-xitan. Ix-xitan ra li Adam u Eva u d-dixxenedenti kollha taghhom huma mjassrin taht dufrejh f'rovina eterna, billi kien jaf tajjeb li ebda vittma ma kienet tista' tissodisfa l-Gustizzja t'Alla, ghax din hija nfinita u kull kreatura hija finita. Izda Alla sa mill-mument tal-waqgha tal-bniedem fid-dnub wieghed is-Salvatur u fiz-zmien iffissat mis-Sapjenza tieghu baghat l-Iben wahdieni tieghu Alla veru minn Alla veru biex fin-natura umana jhallas denjament il-gustizzja divina ghad-dnubiet kollha tal-bnedmin. Ahseb fuq il-mibgheda tax-xitan ghalina l-bnedmin u fuq il-kbira imhabba t'Alla lejna. Adam u Eva mal-waqgha tilfu ghalihom u ghan-nisel kollu taghhom kull don tal-grazzja u mid-dnub originali harget ukoll il-mewt, u mal-bniedem inksew l-injoranza, il-biza', id-dizordni fl-aptiti tieghu, il-mizerja u l-kundanna tal-mewt u saret it-telfa tal-paci. Izda s-Salvatur li twieled minn omm vergni gie fid-dinja biex mill-gdid jerfaghna fil-grazzja t'Alla u jaghtina l-paci.
Ipproponi li zzomm dejjem il-biza fuq l-inganni tax-xitan u li tibqa' dejjem rikonoxxenti lejn Alla b'fedelta ghall-ligi mqaddsa tieghu.
ottubru 2012
MIN HUMA L-VERI WLIED ALLA?
Ahseb li l-veri wlied Alla jimitaw 'l Alla f'dak kollu li jistghu. Fejn ma jistghux, jirrikorru lejh bit-talb. Kristu fl-E
vangelju qalilna biex nkunu perfetti bhalma hu perfett il-Missier taghna li huwa fis-smewwiet. Matt 5, 48. Il-veri wlied jixbhu lill- missier taghhom. ghax iggenerati ghall-merti ta' Gesu' Kristu fil-grazzja divina. Issa, hija propjeta' t'Alla li jhenn u jahfer. Immela ma hemmx dubju li mhumiex veri wied Alla dawk li ma jhennux u li ma jahfrux. Gesu' Kristu espressament ikkmandana biex inkunu ta' qalb hanina bhalma hu wkoll ta' qalb hanina l-Missier taghna. Luqa 6.36. Alla l-Missier taghna hu Imhabba, immela ma humiex veri wlied Alla dawk li ma jaghmlux il-gid lil ohrajn, billi l-bniedem ma jitwelidx ghalih innifsu wahdu. Ulied Alla huma wlied il-grazzja u l-grazzja tigbed lejn Alla u lejn il-virtu, u tobghod ix-xewqat tal-gisem. Il-grazzja f'kollox taghti unur u glorja lil Alla bil-qalb u ma tafx toqghod battala.
Ipproponi li ggarrab fik ta' spiss il-kbir farag li tarak tixbah permezz tal-grazzja lil Missier taghna li huma fis-smewwiet.
settembru 2012
IL-KREATURI U L-ATTRIBUTI TA' ALLA.
Ahseb li billi Alla halaq kollox, ghalhekk kull kreatura sservi 'l Alla u b'mod specjali l-attributi tieghu, min b'mod u min b'iehor. Il-kreatura li tara, li tisma' li tifhem, li tirraguna, tipperswadi ruhha li l-Kreatur jara, u jisma', u jifhem u jirraguna. Issa dak li huwa tajjeb u perfett fil-kreaura huwa nfinitament tajjeb u perfett fil-Kreatur. X'inhuwa li ma jitkellimx fuq il-kbira providenza t'Alla? Il-bniedem, l-annimali t-tajr ta' l-ajru, il-hut tal-bahar, is-sigar u l-hxejjex isibu l-mezz ta' l-ghexien. Ikkonsidra jekk tista' in-numru tal-kreaturi li kollha ghandhom il-hajja. X'inhua li ma jitkellimx fuq il-kbira Sapjenza t'Alla? L-ordni fis-sema u fl-art, il-hajja tax-xemx, il-kors infallibli tal-qamar, tal-kwiekeb, ta' l-istaguni u tal-generazzjonijiet ta' l-annimali u taz-zrieragh. Kollox f'waqtu, kollox f'hinu. X'inhuwa li ma jitkellimx fuq il-kbira tjubija ta' Alla? Kull gid hadd u xejn ma seta' jgib lilu nnifsu fl-esistenza, u l-anqas jikkonserva lilu nnifsu wahdu, izda jintgharaf gej minn Alla wahdu u specjalment fil-bniedem li lilu n-natura tghid: X'kont tista' taghmel kieku Alla ma ghamillekx idejk? Il-bniedem ihawwel u l-bniedem isaqqi, izda huwa Alla li jkabbar.
Ipproponi li malajr tintrefa fil-Kreatur quddiem kull kreatura u la tieqafx fuqha, ghax inti mahluq ghalih wahdu.
lulju 2012
IL-BNIEDEM FIL-PREZENZA TA' ALLA
Ahseb li Alla jinsab kullimkien, u dina l-perswazjoni li Alla qed jarak, u jisimghek u josserv ak hija bizzejjed biex tqaddes lir-ruh tieghek. Il-hsieb tal-presenza ta' Alla kienet ir-regola li Alla stess kien ta lil Abraham sabiex dan jghix hajja perfetta. Gen 17,1. U kif jist
a' jkun li min jaghraf 'l Alla li jista' kollox u ta' min wisq jibza' minnu, jissogra fil-prezenza tieghu jaghmel dak li ma jissograx jaghmel quddiem bniedem serju? Minn hawn gej kull deni, minn nuqqas ta' perswazjoni, minn nuqqas ta' riflessjoni. Kif jista' jissogra l-bniedem li jitwerwer minn hoss ta' sajjetta, jghid lil Alla f'wiccu: " Jiena ma nizax minnek, jiena nistma kliemek taht saqajja, inti ghalija ma inti xejn!"
Dan hu li jghid il-bniedem lil Alla b'kull ghemil ta' dnub. X'hin tikkonsidra l-opri ta' jdejh u temmen li hu esseri nfinit timtela bil-gieh lejh bla dubju ta' xejn. Isma' xi jghid Sofar lil Gob: "Forsi taqbad inti l-passi ta' Alla u ssib perfettament 'l Alla? Huwa hu izjed gholi mis-sema, u x'taghmel inti? Huwa hu izjed profond mill-infern u mnejn inti taghraf? Il-tieghu huwa izjed twil mill-art u izjed wiesa mill-bahar" Gobb 11, 7-9.
Ipproponi li ma twarrab qatt mill-menti tieghek din il-verita' li Alla qed jarak, jekk trid izzomm fik l-ispirtu tal-biza' qaddis tieghu.
gunju 2012
L-IMHABBA TA' ALLA LEJN IL-BNEDMIN
Ahseb li Alla hekk habb il-bniedem li jekk irid ihobbhom izjed donnu qieghed il-limiti
ghal omnipotenza tieghu, donnu ma jistax ihobbhom izjed. Infatti x'jista jaghmel izjed fl-imhabba tieghu lejna , x'hin huwa tana lil Ibnu stess, l-ghaxqa tieghu, b'vittma ghas-sahha eterna taghna.? Kull gid li ghandu l-bniedem tahulu Alla minghajr ebda mertu tieghu, ghax il-bniedem huwa kreatura u minghajr ebda necessita', ghax Alla huwa ndipendenti asolutament. Alla ghal tjubitu biss halaq il-bniedem, u qieghdu fil-hbiberija tieghu, tah hafna doni naturali u soprannaturali; imma flok ma l-bnieem irringrazzjah, b'att ta' ingratitudni offendih gravament u b'hekk tilef kull gid li kien gej mill-hbiberija ta' Alla u waqa' fil-mizerji, ilsir tad-dnub u vittma tal-mewt. Il-Gustizzja ta' Alla riedet is-sodisfazzjon assolutament jew permezz ta' kastigi eterni jew permezz tat-tpattija. Hadd u xejn mhuwa kapaci li jsewwi offiza divina hlief vittma ta'mertu nfinit. Ara l-imhabba x'gieghlet lil Alla jaghmel ! Baghat l-Ibnu unigenitu tieghu fid-dinja biex bil-mewt tieghu jhallas il-gustizzja t'Alla ghad-dnubiet tal-bnedmin kollha, u b'hekk jimmeritalhom il-grazzja divina u jehles mill-qilla tal-korla li ghada gejja lil dawk li jilqghuh u jhobbuh.
Ipproponi li tirringrazzja dejjem u kullimkien lil Alla l-Imbierek billi thares bil-fedelta' kollhal-ligi divina tieghu.
mejju 2012
MIN HU LI JIGGOLORIFIKA LIS-SANTISSIMA TRINITA'
Ahseb li hadd ma jista' jaghti glorja lis-Ssma Trinita' jekk mhux bl-ispirtu u bil-verita. Alla huwa spirtu u min jadurah jehtieg li jadurah bl-ispirtu u bil-verita' Gwann 6, 24.
Ghalhekk xejn ma jiswa' li wiehed jaghti glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu jekk il-volonta' tieghu tmeri l-volonta' t'Alla u tmur kontra taghha. Jaghti glorja lil Alla biss min ghandu volonta' lesta li ttemm kull ma jrid Alla, anki t-telfa tal-hajja u ta' kull gid iehor temporali u min huwa fl-istat tal-grazzja divina. Min ikun ghamel il-volonta' tieghu nnifsu ma jkunx qieghed jaghmel il-volonta' ta' Alla, ghalkemm ikun ukoll jaqbel ma' dak li jrid Alla bhallikieku wiehed ma jisraqx biex ma jitilfx il-fama, dan ma jkunx qieghed jobdi lil Alla u jaghti glorja lil Alla li jikkmandalu biex ma jisraqx. Jehtieg immela li wiehed jopra kollox b'intenzjoni retta jigifieri b'dik l-intenzjoni li fiha jindahal Alla.
Ma jistax ikun hemm intenzjoni retta f'min ma jaghmilx f'kollox il-volonta' t'Alla; ghax min jikkmandak li ma tisraqx u ma toqtolx, ikkmandalek ukoll biex ma tiznix. Jekk immela inti ma tisraqx u ma toqtolx u inti tizni, ma hemmx dubju li inti ma tisraqx u ma toqtolx mhux ghax tibza' minn Alla jew ghax thobb lil Alla, ghax kieku lanqas ma tizni.
Ipproponi li f'kull att tal-volonta tieghek tqieghed dejjem attenzjoni ghall-intenzjoni tieghek u jekk tara li mhijiex retta kkorreggiha jekk tassew trid taghti glorja lil Alla li ghad jiggudikak zgur.
april 2012
L-EFFETTI TAL-FIDI
Ahseb li l-fidi hija mehtiega b'necessita' ta' mezz ghas-salvazzjoni tar-ruh. Minghajrha ma tidholx fil-hajja ta' dejjem. Min ikun emmen u jkun mghammed ikun salv izda min ma jkunx emmen ikun ikkundannat. Marku 16, 16.
Bniedem minghajr fidi la jista' jaghti gieh lil Alla lanqas jaghmel merti ghalih innifsu, ghaliex il-fidi hija fundament tar-religjon. Il-fidi tigi mis-smiegh; ghalhekk wiehed ghandu jisma' il-kelma t'Alla. Bosta nies kellhom il-fidi u tilfuha ghaliex ittrakuraw is-smiegh tal-kelma t'Alla u ghamluha ma' nies bla fidi li bi kliemhom u b'ezempji hziena taghhom hassrulhom qalbhom.
Il-grajja mirakoluzi li huma registrati fl-istorja tal-knisja huma mezz kbir u qawwi tassew li jsahhah il-fidi taghna. L-aqwa thabrik u l-aqwa studju ta' Satana li hu l-veru ghadu tal-fidi, hu li jeqred mill-qlub tal-bnedmin il-fidi, ghaliex jaf tajjeb li min jemmen igib ir-rebha fit-tentazzjonijiet. Infatti San Pietru jifthilna ghajnejna biex nirrezistu lix-xitan b'dan il-mezz li nkunu qawwijin fil-fidi. I Epist. 5, 8-9. Il-fidi hija c-curkett ta' l-gherusija ta' Alla mar-ruh u t-telfa tal-fidi hija l-akbar kastig li jaghti Alla lir-ruh ghas-suppervja taghha.
Ipproponi li tilmah dejjem fik is-sinjali tal-fidi permezz ta' l-opri tajba.
marzu 2012
L-OPRI T'ALLA JIXHDU FUQU NNIFSU
Ahseb fuq il-ktieb li tiftah quddiem l-ghajnejn tieghek in-natura fuq Alla. L-opri ta' idejh, ix-xemx il-qamar u l-kwiekeb, u l-ikhal tal-firmament, u l-bahar u l-art huma verament li jghaggbu. Ghalhekk il-Hallieq taghhom jista' jkun li mhuwiex ta' kobor u gmiel li ma jitfisirx? Dawn l-opri kollha li jreghduna meta nikkunsuidrawhom huma bhal ponn trab quddiem Alla; finit u mahluq quddiem infinit u le mahluq. Huwa kbir wisq Alla taghna. L-Iskrittura Mqaddsa u l-aktar il-Ktieb tas-Salmi jkellmuna fuq Alla li kien minn dejjem u jibqa' ghal dejjem, infinit, jista' kollox, attributi li quddiemhom l-intellett taghna ghall-hsieb biss jitrieghed. X;idea tana Gesu' fuq Alla? Li huwa ta' min jibza' minnu u li huwa missier taghna. L-idea li tnissel fir-ruh riverenza u mhabba lejn Alla, li huwa tassew denn li kull mahluq ibierku u jirringrazzjah ghall-gid li minnu wahdu ircieva u jircievi l-hin kollu. X'misthija u konfuzjoni ggarrab in-natura umana malli taghraf lil Alla u lil Gesu' Kristu ghall-ingratitudni taghha u tistqarr tghidlu: Sinjur ma kontx ngharfek meta dnibt.Ipproponi li Alla jkun l-uniku oggett ta' qalbek u n-natura mahluqa tkun driegh li jerfghek fih il-hin kollu u Gesu' Kristu t-triq tieghek.
L-OFFIZA FIR-RESISTENZA GHAL ALLA.
Ahseb kemm hija nsolenti u malizzjuza r-resistenza li jaghmel il-bniedem meta jmieri u jmur kontra l-volonta' ta' Alla. Niehdu sid li sejjah lis-seftur tieghu u jordnalu biex igiblu tazza ilma u dan bla misthija jghidlu: " Ma rridx." Dan is-sid, oh kemm jara lilu nnifsu offiz ! Hekk qal Kristu lill-Lhud: " Intom tghajruni." Gwann 8, 49. Issa liema bniedem li jkun gharaf lil Alla, Alla bla bidu u bla tmiem, bla qis, Alla li jista' kollox u ta' kulhadd li jinsab kullimkien u jisogra jghidlu : " Jiena kliemek nistmah taht saqajja u ma nibzax minnek ! " Hekk ikun qed jghid lil Alla, mhux bil-kliem imma bl-istess ghemil hazin il-bniedem li jirresisti ghall-volonta' t'Alla, bi hsara kbira ghalih innifsu ghax ma hemmx paci hlief ghal dawk li jhobbu l-ligi tieghu, jigifieri li ghandhom volonta' tajba. U x'inhija l-hajja minghajr paci hlief infern fid-dinja? U fuq kollox f'mewtu jidhol fit-telfien ta' dejjem, ghax Kristu qal: " Min jaghmel il-volonta' ta' Missieri jidhol fis-saltna tas-smewwiet." Mattew 7, 21.
Ipproponi li ma tifhimx tiehu gost iehor hlief billi taghmel il-volonta' t'Alla li habbna qabel ma habbejnih ahna, tant tajjeb u hanin u helu.
jannar 2012